Lokali

Żewġ anzjani mill-Għarb iweġġgħu f’inċident tat-traffiku f’Għawdex

L-isptar ġenerali ta' Għawdex

Anzjan ta’ 78 sena weġġa’ gravi u anzjana ta’ 83 sena weġġgħet ħafif wara inċident tat-traffiku f’Għajnsielem.

Il-każ seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tal-22:00, fi Triq l-Imġarr, meta għal xi raġuni seħħet ħabta
bejn BMW X5 misjuqa minn ġuvni ta’ 19-il sena residenti Għajnsielem, u Mitsubishi Pajero
misjuq minn raġel ta’ 78 sena residenti l-Għarb. Fil-Mitsubishi kien hemm ukoll mara ta’ 83
sena residenti l-Għarb ukoll. B’konsegwenza ta’ dan l-inċident, il-Mitsubishi nqalbet.


Tim mediku ta l-għajnuna medika fil-post stess u r-raġel ta’ 78 sena u l-mara ta’ 83 sena ttieħdu l-Isptar
Ġenerali ta’ Għawdex b’ambulanza għal aktar kura medika, fejn hu ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi u l-mara ġiet iċċertifikata bi ġrieħi ta’ natura ħafifa .


Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.