Lokali

AĠĠORNATA: Raġel jitlef ħajtu wara li ħareġ bid-dinghy fl-inħawi tal-Bajja tal-Għadira

Raġel ta’ 72sena, residenti l-Mellieħa sfortunatament tilef ħajtu wara li kienet qed issir tfittxija għalih fl-inħawi tal-Bajja tal-Għadira, fil-Mellieħa.

Mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li l-qraba tar-raġel għamlu rapport mal-Pulizija li ma rritornax lura wara li ħareġ b’dinghy żgħir biex imur abbord dgħajsa akbar.

Kelliem għall-Pulizija spjega ma’ Net News li minnufih malli bdiet it-tfittxija nstabet id-dgħajsa, li kienet għadha marbuta, kif ukoll id-dinghy li ħareġ abbord fuqu r-raġel.

Ġie spjegat li sfortunatament, ftit wara ntlemaħ fil-baħar u ttieħed fuq l-art, minkejja l-għajnuna medika, huwa ġie ċċertifikat mejjet fil-post.