Bħalissa fl-Ewropa, is-suq tal-ishma qed jesperjenza instabbiltà minkejja iż-żieda fis-suq tal-prezzijiet tal-ishma tas-suq Ġappuniż.
Is-suq Ġappuniż ra tnaqqis fir-rati tal-imgħax, fenomenu li rari jiġri u li jaf kompla ħalla impatt fuq din l-ansjetà.
Fis-sigħat ta’ dalgħodu, l-FTSE100 ta’ Londra flimkien ma’ swieq oħrajn bħal ta’ Pariġi u ta’ Frankfurt infetħu, imma raw tnaqqis fil-prezzijiet tal-ishma.
Esperti qed jistqarru li l-kaġun ta’ din l-instabbiltà ġejja minn biża’ ta’ riċessjoni fis-suq Amerikan. Il-biża’ ta’ din ir-riċessjoni intensifikat fl-Istat Uniti wara li f’Lulju li għadda l-ekonomija Amerikana rat tnaqqis fil-qgħad.
Barra minn hekk, b’din is-sitwazzjoni, kumpaniji tat-teknoloġija u l-Intelliġenza Artifiċjali, potenzjalment jaraw il-prezz tal-ishma tagħhom jigi stmat iżjed u jesperjenzaw diffikultà fl-operat tagħhom.
Għalhekk, l-enfasi issa qegħda fuq is-suq Amerikan li esperjenza ġranet ta’ kummerċ orribli.
Intant, ekonomisti minn Moody Analytics qed isostnu li s-swieq huma volatili ħafna u se jibqgħu hekk, sakemm tittieħed deċiżjoni mir-Riżerva Federali tal-Istat Uniti biex is-suq Amerikan ma jkunx f’riċessjoni.
Min-naħa l-oħra, is-suq fil-Ġappun u dak fil-Korea t’Isfel baqgħu stabbli, fejn saħansitra raw żieda fil-prezzijiet tal-ishma.
//= $special ?>