Għaddew aktar minn sentejn minn meta ġie żvelat li l-ġebla ta’ żmien l-Ingliżi – bil-marka “VR” minquxa fuqha – nqabdet b’kumbinazzjoni permezz ta’ ritratt li tefa’ iben il-Ministru fuq il-midja soċjali; b’din l-istess ġebla tidher ħdejn il-pool tad-dar tiegħu fil-Qala.
F’intervista mat-Times, il-Kap Eżekuttiv ta’ Heritage Malta, Mario Cutajar, kien stqarr li din il-ġebla tas-seklu 19 ingħatat lura u ammetta li ma staqsiex kif din spiċċat għand il-Ministru.
Iżda meta llum kien mistoqsi dwar din is-saga, Anton Refalo ma kkonfermax li ta lura din il-ġebla.
Sentejn ilu, il-Ministru kien iddefenda lilu nnifsu billi tkellem dwar l-imħabba li għandu lejn il-kultura Maltija. Madanakollu, xorta ma tax spjegazzjoni kif din il-ġebla spiċċat għandui u jekk din ġietx irritornata lil Heritage Malta.
//= $special ?>