Sport

Dik il-frazzjoni ta’ sekonda   

Charles Camenzuli minn Pariġi

Issa li dħalna fl-aħħar ġimgħa ta’ kompetizzjoni u ċ-ċirku madwar il-ħames ċrieki jibda jingħalaq b’mod li kull pajjiż jew aħjar kull kumitat olimpiku nazzjonali jibda jwettaq l-ewwel analiżi, l-istatistika jkollha rwol importanti. Fuq l-istatistika, min għandu palat li jaf xi jfissru l-Olimpijadi jkun jista’ jlesti l-ewwel analiżi. Kull ħin jew kejl, fejn kull frazzjoni ta’ ċentimetru jew frazzjoni ta’ sekonda tagħmel id-differenza bosta drabi ssib li riżultat finali jippremja iżda jkun ukoll kiefer.

Każijiet klassici f’xi finali tal-għawm fejn .01 ta’ sekonda li jitkejjel f’inqas minn ċentimetru. Eżempju fil-100 metru breaststroke tan-nisa fejn Mona McSharry tal-Irlanda ħadet il-midalja tal-bronż b’ .01 ta’ sekonda fuq Benedetta Pilato. Kiefra bil-bosta. Aktar frazzjoni ta’ sekonda fil-200 metru freestyle tal-irgiel l-ewwel midalja tad-deheb għar-Rumanija minn David Popovici li b’1 minuta 44.72 sekondi rebaħ b’distakk ta’ .02 ta’ sekonda minn Matthew Richards tar-Renju Unit, u .05 ta’ sekonda minn Luke Hobson tal-Istati Uniti. Bejn l-ewwel tlieta frazzjoni ta’ sekonda. Huma biss eżempji għax iddur fejn iddur kull sport jista’ joffri sitwazzjoni simili.

Wara kollox, għalhekk, dan kollu jgħamel l-Olimpjadi differenti kif saħansitra dehra u telfa fi preliminari tagħmel differenza fil-mod tal-ħsieb ta’ kull atleta. Dan kollu għax seħħ x’seħħ, l-Olimpijadi kienu l-aqwa xenarju. Kompetizzjonijiet oħra jew kampjonati tad-dinja m’hemmx paragun. Mhux ta’ b’xejn li kull atleta olimpiku jibqa’ kburi li jġib l-ittri OLY wara ismu.

Meta tqis li fil-11 ta’ Awwissu terz mill-pajjiżi f’Pariġi jirritornaw b’xi rebħ ta’ midalja, huwa konferma kif iċ-ċirku madwar il-ħames ċrieki jingħalaq.

Au revoir. Appuntament għal għada.