“Fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, f’diviżjonijiet partikolari, għadhom jinħaslu bil-barmil!”
Sostna dan Andrew Azzopardi, hekk kif saħaq li l-priġunieri jkollhom barmil bl-ilma minn pipe u jinħaslu proprju bil-barmil.
Huwa saħaq li huwa ċar li l-ħabs jinsab mogħni b’infrastruttura antika li b’mod mill-aktar ċar u tond mhux qed tlaħħaq.
Azzopardi saħaq li lanqas jimmaġina f’din is-sħana li qed tagħmel, persuna jkollha tinħasel biss permezz ta’ barmil bl-ilma u, kompla d-Dekan, għandhom il-ħin limitat meta jistgħu jieħdu shower minkejja li r-residenti fil-ħabs ikunu fid-diviżjoni u mhux magħluqa f’ċella.
Dan filwaqt li hu żvela li filgħaxija ċ-ċellel qed jingħalqu aktar kmieni mis-soltu.
//= $special ?>