Partit Nazzjonalista fil-Gvern ikun wieħed favur l-annimali u l-ħarsien tagħhom. Għax il-Partit Nazzjonalista jemmen li dawn għandhom jingħataw l-attenzjoni kollha li ħaqqhom, hekk kif diġà jagħmlu eluf ta’ Maltin u Għawdxin. Min-naħa l-oħra, il-Gvern preżenti ddeċieda li jimmulta €50 lil min jitma annimal bil-ġuħ.
Janice Abela Chetcuti, ix-Shadow Minister għad-Drittijiet tal-Konsumatur u l-Ħarsien tal-Annimali, qalet fi stqarrija li filwaqt li hu tajjeb li jsir reġistru tal-cat feeders, kif ilhom jagħmlu diversi Kunsilli Lokali għal xi snin, mhux aċċettabbli li, jekk wieħed ma jkunx parti minn din il-lista u jitma qattus bil-ġuħ, l-Avviż Legali jgħid li dan għandu jkun immultat. Bl-istess mod, jekk individwu jkun irreġistrat bħala cat feeder f’lokalità, iżda jinzerta jkun qiegħed f’lokalità oħra, jeħel il-multa wkoll.
Fid-dawl ta’ dan, il-Partit Nazzjonalista jistaqsi fejn spiċċaw il-valuri li suppost qed ngħaddu lil uliedna biex jekk jaraw annimal bil-ġuħ ma jdawrux wiċċhom iżda jgħinuh. Jistaqsi wkoll kif tista’ tinħoloq soċjetà li tagħti kas u ta’ kuxjenza, jekk il-Gvern ibeżża’ b’multa ta’ €50 għax tħenn għal annimal bil-ġuħ.
Dan meta regolarment nisimgħu b’każi fejn individwi jwettqu atti kriminali diversi, iżda l-awtoritajiet kompetenti jivvintaw kull skuża biex idawru wiċċhom in-naħa l-oħra u jgħattu dak li jkun seħħ.
Janice Abela Chetcuti qalet li taħt dan il-Gvern, fejn jidħlu l-annimali u min iħobbhom, morna mitt sena
//= $special ?>