Qorti Amerikan ddikjarat li Google aġixxiet b’mod illegali sabiex telimina l-kompetizzjoni u żżomm monopolju fuq it-tfittxija online u r-reklamar relatat.
Din id-deċiżjoni qed tiġi meqjusa bħala daqqa enormi għal Google u l-kumpanija prinċipali tagħha, Alphabet. Din id-deċiżjoni hija waħda storika, u se tinfluwenza l-mod kif joperaw kumpaniji f’dan is-settur.
Id-Dipartament tal-Ġustizzja kien fetaħ każ kontra l-kumpanija Google fl-2020 rigward il-kontroll tagħha fuq madwar 90% tat-tfittxija online. Dan il-każ huwa wieħed minn ħafna li awtoritajiet tal-Istati Uniti fetħu kontra kumpaniji kbar tat-teknoloġija.
S’issa għadu mhux magħruf x’pieni se jingħataw lil Google u Alphabet.
Alphabet qed tippjana li tappella kontra din id-deċiżjoni.
//= $special ?>