Futbol Sport

Ħamrun Spartans l-ewwel finalisti tas-Summer Cup wara l-għoti tal-penalties kontra Marsaxlokk

(Ritratt: Catriel Farrugia)

ĦAMRUN S ………………. 1

MARSAXLOKK ………….. 1

(Ħamrun rebħu 4-3 bil-penalties)

Ħamrun Spartans kellhom bżonn l-għoti tal-penalties biex għelbu lil Marsaxlokk u saru l-ewwel finalisti tal-ewwel edizzjoni tal-Pre Season Summer Cup 2024.

Kienu Marsaxlokk li marru kmieni fil-vantaġġ wara biss tliet minuti b’goal ta’ Nikola Raden.

Il-goal tad-draw tal-Ispartans wasal fit-62 minuta permezz ta’ Luke Montebello. Bir-riżultat ma jinbidilx il-logħba kellha tkun deċiża bl-għoti tal-penalties.

Għal Ħamrun skorjaw Luke Montebello, Joseph Mbong, Wendel Gomes, u Talison, filwaqt li Manarin falla l-penalty tiegħu.

Għax-Xlukkajri skorjaw Messias, Raden, u Nikolai Muscat, filwaqt li fatali kienu l-iżbalji ta’ Gomes u Aguirre.

It-tieni semifinali tintlagħab għada bejn Sliema Wanderers u Floriana

Ritratt: Joseph Galea