Il-qawwiet tal-ajru ta’ Iżrael, fl-aħħar sigħat, attakkaw faċilià militari tal-milizji Lebaniżi Xiti tal-Ħeżbollah fin-nofsinar tal-Libanu.
Dan waqt li l-awtoritajiet Lebaniżi qalu li mietu talanqas erba’ persusni wara li missila laqtet residenza fil-belt ta’ Maifadoun, viċin il-fruntiera ma’ Iżrael.
Intant, numru ta’ sorsi, wara, żvelaw li l-erba’ mejtin kienu kollha ġellieda mal-Ħeżbollah – bil-milizji, imbagħad, jisparaw numru ta’ drones lejn il-villaġġi u l-ibliet fit-Tramuntana ta’ Iżrael….Attakk li rriżulta f’numru ta’ feruti.
L-azzjonijiet komplew iżidu t-tensjoni bejn Iżrael u l-Ħeżbollah wara li l-Iżraeljani, jiem ilu, kienu eliminaw lil Fuad Shukr, Kap ewlieni tal-milizji, waqt attakk dirett fuq subborg ta’ Bejrut…Eliminazzjoni li saret possibbli wara li s-servizzi sigrieti Iżraeljani kienu sabu l-lokalità ta’ dan l-Uffiċjal tal-Ħeżbollah.
Ingħad ukoll li l-attakki mill-ajru – immexxija mill-fighter-jets — fuq in-nofsinar tal-Libanu kienu wkoll iggwidati mis-servizzi sigrieti ta’ Iżrael.
//= $special ?>