Fis-6:30pm, l-Eżekuttiv tal-Partit Laburista se jkun qiegħed jiltaqa’ fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista wara li kien il-Mexxej tal-Labour innifsu, Robert Abela, li sejjaħ din il-laqgħa sabiex jiddeċiedu r-regolamenti għall-ħatriet fil-partit.
Fl-Aġenda li waslet għand Net News mill-qalba taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, dan il-punt tniżżel bħala punt numru 6.
Sorsi qrib ħafna tal-istess Abela spjegaw ma’ Net News li l-laqgħa tal-lum se tkun qed tifrex it-triq dwar kif se jkunu qed jiġu mfassla r-regolamenti tal-ħatriet fit-tmexxija Laburista, fost oħrajn min effettivament se jkun eliġibbli li jixħet in-nomina tiegħu għall-kariga – fost oħrajn dik ta’ Deputat Mexxej Laburista għall-Affarijiet tal-Partit.
Liema kariga, li kien qed jokkuppaha Daniel Micallef, qajmet għagħa kbira fost il-Laburisti bl-ammissjoni ta’ Jason Micallef li se jkun qiegħed jidħol għal tali kandidatura, minkejja n-nuqqas ta’ qbil ta’ Robert Abela.
//= $special ?>