Il-grupp Hezbollah – li huwa appoġjat mill-Iran – u l-militar ta’ Iżrael ilhom għaddejin bi ġlied għal dawn l-aħħar 10 xhur.
Il-Hezbollah bagħtu drones lejn żewġ siti militari ħdejn Acre, f’Iżrael, u attakkaw karozza militari. Is-suldati ta’ Iżrael qalu li nnuttaw diversi drones ġejjin mil-Libanu u irrapurtaw li f’Nahariya, f’Iżrael, ġew midruba persuni ċivili.
Iżrael ammetta li attakka żewġ siti tal-Hezbollah fil-Libanu. Qed jingħad li dawk li ġew maqtula kienu jagħmlu parti mill-Hezbollah, iżda dan għadu ma ġiex ikkonfermat minnhom.
Il-qtil tal-kmandant tal-Hezbollah u tal-mexxej tal-Hamas wassal biex titnissel biża’ ta’ gwerra kbira fil-Lvant Nofsani hekk kif il-mexxej ta’ Hezbollah wissa li ser ssir vendetta – din id-darba ppjanata b’attenzjoni.
//= $special ?>