Aktar minn 6,000 pulizija speċalizzati ġew mobalizzati sabiex jikkontrollaw is-sitwazzjoni li taf tinqala’ llejla, minħabba li hemm pjanati mat-30 protesta tal-lemin estrem.
Wara laqgħa ta’ emerġenza tal-COBRA, il-Prim Ministru tar-Renju Unit Keir Starmer qal li għandhom jingħataw sentenzi iebsin għal dawk li ġew arrestati waqt il-protesti. Dan sabiex jitwassal messaġġ ċar kontra dawn l-atti ta’ estremiżmu.
Dawn l-irvellijiet ilhom għaddejin mill-ġimgħa li għaddiet wara l-qtil ta’ tliet itfal fil-belt ta’ Southport.
Intant, l-inkjesta dwar dak l-attakk se tibda llum.
//= $special ?>