Lokali

Anzjan ta’ 64 sena weġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku fl-Imsida

Raġel ta’ 64 sena sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fl-Imsida.

Il-każ seħħ ilbieraħ wara nofsinhar, għall-ħabta tas-18:00 fi Triq Reġjonali, meta għal xi raġuni, seħħet ħabta bejn Peugeot Tweet misjuq minn raġel ta’ 25 sena residenti San Ġiljan u Piaggio Vespa misjuq
minn raġel ta’ 64 sena residenti s-Swieqi.

Tim mediku ta l-għajnuna fuq il-post u r-raġel ta’ 64 sena ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar kura medika.

Aktar tard huwa kien iċċertifikat bi ġrieħi gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.