Internazzjonali

Era ġdida għall-Partit Demokratiku: L-ewwel rally ta’ Harris u Walz

Il-kandidata Presidenzjali Demokratika Kamala Harris, flimkien mal-kandidat għal Viċi President Tim Walz indirizzaw folol ta’ nies f’Philadelphia, sigħat wara li Harris għażlet lil Walz bħala s-sieħeb tagħha għal din l-elezzjoni.

Walz, li hu Gvernatur, qed juża l-esperjenza tiegħu biex jattakka lil Trump, fejn insista li kien mexxa l-pajjiż pass lura, mhux ‘il quddiem. Il-kampanja Repubblikana malajr semmewh estremist liberali perikoluż.

Il-Gvernatur ta’ Minnesota huwa xi ħadd li jista’ jirbaħ lura il-voti ta’ nies minn partijiet rurali tal-Istati Uniti, flimkien ma’ ħaddiema li għandhom jiġu lura għall-Partit Demokratiku. Harris minn naħa tagħha qalet li huma l-underdogs, u insistiet li bħalissa għandhom ċertu momentum.