Il-Qorti Kostituzzjonali fit-Tajlandja ħarġet direttiva għax-xoljiment tal-partit politiku riformista li rebaħ l-aktar voti – u siġġijiet – fl-elezzjoni ġenerali tas-sena li għaddiet….Riżultat li ma sewa għal xejn peress li l-partit, imbagħad, kien ‘imblukkat’ fit-tentattivi biex jifforma Gvern.
Il-partit inkwistjoni kien jismu ‘Nimxu ‘il Quddiem’ u – skont il-verdett tal-qorti – l-eks-kap tiegħu, Pita Limjaroenrat, issa spiċċa projbit mill-politika għal għaxar snin; l-istess bħal fil-każ ta’ għaxar personalitjiet oħra mal-istess partit.
Il-verdett kien mistenni u wara li l-qorti, f’Jannar, iddeċidiet li l-wiegħda elettorali tal-partit biex jibdel il-liġijiet ta’ defamazzjoni fir-rigward tal-Familja Rjali kienet waħda anti-Kostituzzjonali.
Dan il-verdett spjega li l-impenn kien simili għal sejħa biex il-pajjiż ineħħi lill-monarkija kostituzzjonali li ilha teżisti għal għexieren ta’ snin.
//= $special ?>