Numru ta’ tfal weġġgħu wara ħabta bejn bowser tal-għamla Daf misjuq minn raġel ta’ 20 sena residenti San Pawl il-Baħar u vann tal-iskola tal-għamla Ford Transit misjuq minn raġel ta’ 69 sena residenti Ħaż Żebbuġ.
L-inċident seħħ illum għall-ħabta tas-1pm fi Triq il-Ħobbejża fiż-Żejtun.
Għal xi raġuni il-bowser daħal fil-ġenb tal-vann.
It-tfal li kien hemm fil-minibus kienu qed jirritornaw lura fl-iskola tal-privat wara ħarġa tas-skola sajf.
Fil-vann kien hemm 16-il tfal, u 7 minnhom, li għandhom bejn 7 snin u 13-il sena, ttieħdu l-isptar. Is-supervisor tagħhom, żagħżugħa ta’ 17-il sena, wkoll ittieħdet l-isptar. Minkejja li l-kundizzjoni tagħhom mhix magħrufa, hu magħruf li ħadd minnhom mhu fil-periklu tal-mewt.
Fil-post kien hemm tim tal-protezzjoni ċivili u tim mediku biex jassistu lill-vittmi.
//= $special ?>