L-Amministrazzjoni tal-Partit Laburista ħa d-deċiżjoni li jkun hemm diskussjoni dwar il-possibiltà għal emendi statutorji sabiex il-kariga ta’ Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit tkun tista’ tiġi kkontestata minn Membri Parlamentari.
Pass li ma niżel xejn tajjeb ma’ dawk qrib il-Partit Laburista, fosthom Josianne Cutajar li ħarġet kontra dan il-pjan tal-Labour.
Dan kollu seħħ wara li l-ewwel Jason Micallef ikkonferma li se jikkontesta għal Deputy Leader Laburista, u ftit jiem wara ħabbar li se jkun qed iwarrab mit-tellieqa biex jimponu lil Alex Agius Saliba fuq Robert Abela. Dan kollu meta Robert Abela, f’intervista li kellu, qal li “meta żmienek tkun għamiltu, terġax lura”. Frażi li qalha mhux biss fi tweġiba dwar Micallef iżda wkoll b’mod inġenerali.
Josianne Cutajar, li fil-leġiżlatura li għaddiet serviet bħala Membri Parlamentari Ewropew f’isem il-Partit Laburista iżda għażlet li ma terġax tikkontestax għal din il-kariga, qalet li ma tagħmilx sens li wieħed iservi bħala deputat mexxej fl-istess waħda li hu membru parlamentari.
Dan wara r-riżenja ta’ Daniel Micallef minn Deputat Mexxej Laburista li ħalliet kaos sħiħ fil-Partit Laburista.
Intant, mistoqsija mit-Times of Malta jekk Josianne Cutajar tikkunsidrax li toħroġ għal din il-kariga, hi qalet li qed tikkunsidraha.
L-elezzjonijiet għall-karigi ta’ Deputati Mexxejja u ħatriet oħra fl-Amministrazzoni tal-Partit Laburista mistennija jsiru bejn it-13 u l-15 ta’ Settembru.

