Lokali

Numru ta’ pumpieri jissejħu fl-Imsida wara li karozza ħadet in-nar f’garaxx

Nar li żviluppa aktar kmieni f’garaxx fl-Imsida inżamm taħt kontroll grazzi għall-ħidma tal-membri tas-CPD. B’Net News jinsab infurmat illi għal xi raġuni karozza kienet ħadet in-nar.

Il-każ seħħ fil-4:45pm, fi Triq Antonio Bosio.

Nies fil-post qalulna li l-operazzjoni tas-CPD kienet waħda delikata ferm, minħabba li n-nar żviluppa f’garaxx. Dan filwaqt li l-persuni li kienu fil-bini ġew mitluba jibqgħu fejn kienu sakemm is-sitwazzjoni tiġi indirizzata.

Jidher li ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.

Fil-post marru wkoll il-Pulizija sabiex jassistu.