Internazzjonali

Persuna mejta wara li waqgħet parti minn lukanda fil-Ġermanja

Erba’ persuni għadhom nieqsa u persuna oħra mietet traġikament wara li waqgħet parti minn lukanda fi Kröv, fil-punent tal-Ġermanja – villaġġ li hu popolari ferm għall-inbid.

Sorsi qed jgħidu li kien hemm 14-il persuna meta l-lukanda ġġarrfet.

Il-binja ġġarfet meta s-saqaf waqa’, biex eventwalment sular spiċċa jaqa’ fuq ieħor. Għalhekk, il-binja spiċċat imxengla fuq naħa waħda u qed tiċċaqlaq b’erba’ millemetri kull siegħa. Dan qed jaffetwa wkoll il-ħisma ta’ salvataġġ li qed isir dejjem aktar diffiċli.

S’issa, hemm madwar 250 ħaddiem fuq is-sit li jinkludu pulizija, paramediċi u ħaddiema tat-tifi tan-nar.