Lokali

Żagħżugħa fil-periklu tal-mewt wara li qalgħet daqqa ta’ flixkun imkisser waqt argument

Kolombjana ta’ 25 sena residenti Tas-Sliema qed tissielet għal ħajjitha wara li qalgħet daqqa ta’ flixkun imkisser waqt argument li nqalgħa fuq il-bajja viċin Triq il-Wilġa, San Ġiljan.

L-argument inqala’ għall-ħabta tal-10 am meta ż-żagħżugħa kienet qed tgħum flimkien ma’ persuna oħra fiz-zona tal-lukanda Dragonara. Jidher li f’ħin minnhom iż-żagħżugħa ġiet avviċinata minn raġel fejn hemmhekk seħħ l-argument u qalgħet daqqa bil-flixkun.

Fil-post issejjaħ tim mediku li wara li ta l-ewwel għajnuna ħadu liż-żagħżugħa l-Isptar Mater Dei għal iktar kura. Hemmhekk hi ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi serji.

Il-Maġistrat Philip Galea Farrugia kien infurmat bil-każ u ħatar inkjesta. Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ sabiex tistabillixxi d-dinamika tal-każ filwaqt li għaddejjin t-tfittxijiet għall-persuna involuta.