Lokali

Abela jdur lura minn kliemu – kostrett idaħħal fl-amministrazzjoni tal-Labour lil Jason Micallef

Wara d-diskors ma’ LovinMalta Abela kellu jibla’ kliemu fil-konfront tal-eks Segretarju Ġenerali

Il-klikka ta’ Joseph Muscat jidher li issa infiltrat sew fl-istruttura Laburista u l-amministrazzjoni ta’ Robert Abela. Dan hekk kif filwaqt li jumejn ilu Jason Micallef ħabbar li ma kienx se jibqa’ jinsisti bil-kandidatura tiegħu għal Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit, il-Prim Ministru u Mexxej tal-Labour Robert Abela, oħroġ il-għaġeb kellu għal darb’oħra jibla kliemu u jwettaq u-turn oħra – karatteristika kostanti tal-istess Abela.

Permezz ta’ stqarrija ufficjali, sar maghruf li issa Jason Micallef laħquh f’kariga ferm aktar b’saħħitha, biex xorta spiċċa ħa dak li ried. Pożizzjoni ġdida magħmula għalih – dik ta’ Delegat Speċjali tal-Amministrazzjoni dwar l-Implimentazzjoni tal-Manifest Elettorali.

Sorsi qrib sew taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista saħqu li l-pjan imħejji mill-faxxa ta’ Muscat hu li Alex Agius Saliba jiġi elett Deputat Mexxej minflok Daniel Micallef. U b’hekk, meta l-MEP jkun Brussell jieħu r-riedni f’idejh Jason Micallef.

Dan apparti l-fatt li tali responsabbiltà bla ebda dubju qed tpoġġi f’dell ikrah lill-Ministru responsabbli mill-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali, ċioè Stefan Zrinzo Azzopardi illi bil-ħatra ta’ Micallef jidher li issa se jkun inevitabbilment qed jispiċċa fid-dell tiegħu.

Sorsi oħra qed jgħidu li Jason Micallef tant se jkun b’saħħtu f’din il-pożizzjoni li ħa…illi prattikament issa ġie fuq il-Ministri; bħala d-Delegat Speċjali li se jkun jara li jwettqu xogħlhom.

Intant, it-taħwid u l-intriċċi fi ħdan il-Labour ma waqfux hawnhekk hekk kif fl-aħħar sigħat abbanduna l-vapur persuna magħrufa oħra fil-Partit Laburista –  Ronald Vassallo, li rriżenja minn Kap tal-Komunikazzjoni tal-Labour – pożizzjoni li kien ilu jokkupa sa mill-2020 ftit wara li laħaq Mexxej Robert Abela.

Din ir-riżenja tasal ftit wara r-riżenja ta’ Daniel Micallef u Chris Fearne minn Deputati Mexxejja, u r-riżenji ta’ Aleander Balzan u Claire Azzopardi minn Kastilja. B’hekk, Abela jidher li ġurnata wara l-oħra aktar qed jidher li qed jitħalla jikkumbatti l-isfidi interni waħdu, bil-pedini jmexxuhom fejn iridu l-membri tal-klikka ta’ Joseph Muscat.

Ronald Vassallo