Futbol Sport

David De Gea viċin li jiffirma ma’ Fiorentina

(Ritratt: EPA)

L-eks gowlkiper ta’ Manchester United David De Gea jinsab viċin li jirritorna fil-lasti hekk kif jinsab f’diskussjonijiet mat-tim tas-Serie A Fiorentina.

De Gea li għandu 33 sena għamel sena ma jilagħbx wara li ntemmlu l-kuntratt li kellu ma’ Manchester United. Fl-aħħar xhur hu kien qed jitħarreġ waħdu fejn minkejja numru ta’ diskussjonijiet ma’ bosta timjiet madwar id-dinja baqa’ ma laħaqx ftehim.

Il-gowlkiper Spanjol lagħab 545 darba ma’ Manchester United fi 13-il sena u kien parti mill-iskwadra li rebħet il-Premier League fl-istaġun 2012-13.