Lokali

“Din kienet deċiżjoni tal-Kabinett u l-Prim Ministru approva d-deċiżjoni” – L-Awditur Ġenerali

Illum, fil-Qorti hekk kif jerġa jissokta l-Każ kontra bosta persuni, rigward d-deal frawdolenti ta’ Vitals u Steward, fosthom kontra Joseph Muscat, Konrad Mizzi u Keith Schembri, intqal li l-ftiehim tal-isptarijiet ġie deċiż mill-Kabinett u l-Prim Ministru japprova dik id-deċiżjoni.

Hekk stqarr fil-qorti l-Awditur Ġenerali Charles Deguara, wara li bħal issa qiegħed jixhed fil-Qorti fil-Każ kontra Joseph Muscat, Keith Schembri u Konrad Mizzi fost l-oħrajn, bħala wieħed mix-xiedha, dan wara li ħareġ ir-rapport ta’ misappropjazzjoni ta’ fondi rigward id-deal tal-isptarijiet.

Deguara kompla jsostni li kien hemm “dubji serji” rigward dan id-deal, però għal xi raġuni il-Kabinett ta’ dak iż-żmien ħa d-deċiżjoni tiegħu, bil-Prim Ministru tal-ġurnata jgħati l-approvazzjoni.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.