Sport Sport Ieħor

Eleni-Klaoudia Polak sospiża minħabba d-doping

(Ritratt: EPA)

Il-pole vaulter Griega Eleni-Klaoudia Polak ġiet sospiża mill-Olimpjadi ta’ Pariġi wara li falliet test tad-doping.

Polak li għandha 27 sena kienet skwalifikata mir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni tat-Tnejn. L-Aġenzija ta’ kontra d-doping tal-Greċja infurma lill-Kumitat Olimpiku Grieg bid-deċiżjoni.

L-atleta minn naħa tagħha qegħda tinnega dan fejn qalet li qatt ma ħadet xi sustanzi llegali. Hi żiedet tgħid li l-livelli tagħha kienu aktar baxxi minn dawk rekwiżiti u b’hekk ikkomptiet. Hi ddefendiet il-pożizzjoni tagħha billi qalet li għandha problema bil-ħadid f’ġisimha u b’hekk ikollha tiekol ħafna laħam aħmar.

Il-judoka mill-Iraq Sajjad Sehen, l-judoka mill-Afghanistan Mohammad Samim Faizad u l-boxer Cynthia Ogunsemilore minn Niġerja kollha fallew it-testijiet tad-doping rispettivi tagħhom u kienu mwaqqfa milli jikkompetu.