Stewart Said
MARSASKALA OPTIMA……. 10
OTTERS NIVEA………………. 10
(2-2), (2-4), (2-4), (4-0)
(Otters rebħu 5-4 bl-għoti tal-penalties)
Otters Nivea rnexxielhom jieħdu dak li ħadmu għalih iżda ħadu riskju kbir hekk kif kellhom jikkwalifikaw bl-għoti tal-penalties. Otters kellhom vantaġġ doppju fl-ewwel sessjoni iżda Jake Ciantar ikkanċella l-vantaġġ b’doppjetta għal Marsaskala.
Huma ma tilfux il-vantaġġ tul it-tieni sessjoni u baqgħu pass qabel l-avversarji. Il-vantaġġ ta’ Otters kiber għal 9-5 fit-tielet sessjoni u wara li Mark Carani naqqas id-distakk, Andrew Dimech żamm il-vantaġġ ta’ erba’ gowls b’gowl lejn tmiem is-sessjoni.
Madankollu dan id-distakk sparixxa fl-aħħar sessjoni hekk kif Marsaskala skorjaw erbgħa mingħajr risposta permezz ta’ doppjetta minn Edoardo Manzi, Carani u Lee Montebello Brownrigg. Marsaskala setgħu anki skorjaw il-gowl tar-rebħa 13-il sekonda mit-tmiem iżda Matthew Xerri salva bi bravura l-penalty ta’ Manzi biex il-logħba kellha tkun deċiża bl-għoti tal-penalties.
Fl-għoti tal-penalties Edoardo Manzi, Max Farrugia, Mark Carani u Raoul Greco skorjaw għal Marsaskala filwaqt li Luigi Dimech, Karl Scicluna, Petar Smiljevic u Matthew Farrugia skorjaw għal Otters. Il-ħames penalty ta’ Marsaskala mogħti minn Jake Ciantar stampa mal-lasta, b’Mark Meli skorja l-penalty deċiżiv għal Otters.
Marsaskala: A. Muscat, D. Ciantar, E. Manzi (3), J. Pace Mizzi, M. Carani (3), R. Greco, K. Navarro, M. Farrugia, K. Grech, G. Sammut, J. Ciantar (3), J. Colombo, M. Borg, L. Montebello Brownrigg (1)
Otters: M. Xerri, M. Bonnici (1), K. Scicluna (1), D. Camilleri, M. Meli (1), D. Dimech (1), T. Milne, S. Dimech, L. Dimech (1), P. Smiljevic (3), M. Farrugia, A. Dimech (2), M. Grech, T.J. Mifsud
Referees: Matteo Giacchini, Stefan Licari
EXILES WELBEE’S……….. 14
MARSAXLOKK MFF……….. 9
(3-2), (5-2), (3-1), (3-4)
Exiles Welbee’s se jikkontestaw il-finali tan-knock-out wara li b’wirja mill-aqwa għelbu lil Marsaxlokk MFF 14-9. Din kienet l-ewwel rebħa ta’ Exiles f’dan is-sajf fuq Marsaxlokk hekk kif ix-Xlukkajri rebħu l-logħbiet kollha fil-kampjonat tal-Ewwel Divizjoni.
Matteo Martellacci ta vantaġġ doppju lil Exiles fl-ewwel sessjoni. Sa madwar nofs it-tieni sessjoni, Exiles kien għad kellhom vantaġġ ta’ 6-4 iżda doppjetta ta’ Drasko Gogov fl-aħħar żewġ minuti tas-sessjoni, kabbar il-vantaġġ għal 8-4.
Fit-tielet sessjoni, Russell Spiteri wieġeb għall-gowl ta’ Keith Tanti u żamm id-distakk ta’ erba’ gowls, sakemm reġa’ kien Gogov li skorja doppjetta oħra u aċċerta mir-rebħa b’vantaġġ komdu ta’ 11-5. Fl-aħħar sessjoni, Exiles għamlu dak mistenni minnhom u kkontrollaw lill-avversarji billi wieġbu meta skorjaw Marsaxlokk għal rebħa b’distakk ta’ ħames gowls.
Exiles: Z. Dzanovic, Z. Cutajar Licari, Z. Micallef (1), D. Pace Lupi, M. Martellacci (3), N. Bonavia (1), D. Gogov (4), K. Griscti (1), N. Paris (2), K. Tanti (2), M. Fenech, N. Saliba, G. Galea Curmi, S. Cutajar Casha
Marsaxlokk: M. Farrugia, M. Lanzon, A. Cook, B. Zammit, T. Agius, J. Valletta (2), R. Spiteri (1), A. Aquilina, R. Galea (2), J. Borg Tabone, F. Valera (4), R. Attard, A. Fava, S. Mifsud
Referees: Attilio Paoletti, Neville Mercieca
Logħob li jmiss
Is-Sibt
KO Kampjonat Premier
San Ġiljan v Sirens 6.15pm
Sliema v Neptunes 7.30pm
//= $special ?>

