Issa anke il-klieb jistgħu jibdew jibbenifikaw minn fwieħa iddisinjata speċjalment għalihom, hekk kif l-kumpanija Taljana ‘Dolce Gabbana’ nidiet l-aħħar fwieħa tagħha.
Il-fwieħa ġiet msemmija għall-kelb ta’ sid il-kumpanija, ‘Fefe’ u qed tinbiegħ f’flixkun miksi bid-deheb ta’ 24 karat, għal prezz ta 99 ewro.
Miegħu ser jingħata ukoll kullar esklussiv mingħand l-istess kumpanija.
Din il-fwieħa qajmet bosta kontroversji għaliex bosta stqarru li dan il-prodott jista’ jħalli effett fuq is-sens tax-xamm tal-klieb peress li normalment il-klieb jagħrfu persuna mir-riħa tiegħu.
//= $special ?>

