Internazzjonali Temp

Il-maltempata tropikali Debby tkompli tippersisti lejn l-Istati Uniti

Il-maltempata Debby qajmet mill-ġdid paniku sħiħ wara li diġa’ kienet ħalliet ħames persuni mejta kif ukoll ġew irrappurtati ħsarat f’diversi zoni residenzjali, skola sekondarja u anke knejjes.

Iċ-Ċentru Nazzjonali tal-Uragani wissa li din il-maltempata se tolqot lil South Carolina il-Ħamis – b’għargħar u xita qawwija, li kapaċi joffru riskju ta’ aktar telf ta’ ħajja.

Din il-maltempata se taffettwa madwar ħames miljun persuna peress li se tolqot ukoll lil Pennsylvania, New York u New England.

Il-President Biden iddikjara li l-assoċjazzjonijiet Amerikani ser jkun hemm f’każ li jkun hemm bżonn l-għajnuna waqt xi salvataġġ. Filwaqt li f’Georgia, diga tinsab f’riskju li taqa’ – b’konsegwenza li jpoġġi n-nies f’periklu minħabba l-għargħar.

U hekk kif l-Amerikani qed jippruvaw jirkupraw minn dan id-diżastru naturali, il-pajjiżi tax-Xlokk qed jesperjenzaw temperaturi estremi li jistgħu jinħassu mal-44 grad Celcius.