Il-Partit Nazzjonalista ressaq appell fil-Qorti sabiex jiżgura li l-Avukat tal-Istat jaġixxi fid-dawl tal-frodi tal-isptarijiet, ħalli l-pajjiż jieħu lura l-€400 miljun li ingħataw mill-Gvern lil Vitals u Steward.
Ir-rikors tressaq mill-Avukat Edward Debono f’isem il-Kap tal-PN Bernard Grech u x-Shadow Minister għas-Saħħa Adrian Delia.
Kien fil-11 ta’ Lulju meta l-Qorti tat id-deċiżjoni tagħha fil-kawża kontra l-Avukat tal-Istat Chris Soler, fejn ġie dikjarat li l-Avukat tal-Istat għandu bżonn il-premess tal-Prim Ministru biex jaġixxi. Iżda f’dan l-appell, il-PN qed jinsisti li “huwa fid-dmit tal-Avukat tal-Istat li jaġixxi fl-interess pubbliku, u m’għandux ikun suġġett għad-direzzjoni jew għall-kontroll ta’ ebda persuna jew awtorità”.
Biex iressaq pożizzjoni b’saħħitha f’dan l-appell il-PN preżenta numru ta’ dokumenti, fejn fost l-oħrajn jiġi kwotat il-Ministru Own Bonnici jgħid li “l-Avukat tal-Istat huwa Avukat tal-Istat kollu u mhux tal-Gvern biss”.
L-appell ta’ 22 paġna jirreferi għal dak li jgħidu l-Kostituzzjoni u l-Liġijiet ta’ Malta. U jingħad li l-Avukat tal-Istat għandu jaġixxi fil-ġudizzju individwali tiegħu u m’għandux ikun suġġett għad-direzzjoni jew għall-kontroll ta’ ebda persuna jew awtorità oħra”.

