Iż-żewġ players tat-tim nazzjonali Malti tan-nisa, Kailey Willis u Rachel Cuschieri se jkomplu bil-karrieri rispettivi tagħhom fl-Italja.
Willis iffirmat ma’ Parma Calcio Women fis-Serie B fejn se tkun qed tissieħeb b’self ma’ Venezia fejn diġa kienet qed tilgħab fl-istaġun li għadda fejn irnexxielha tiskorja 15-il gowl fi 17-il partita.
Minn naħa l-oħra Rachel Cuschieri se tkun ukoll qed tilgħab fis-Serie B wara li ffirmat ma’ Genoa. Cuschieri lagħbet ma’ bosta klabbs internazzjonali fosthom Lazio, PSV Vrouwen u Anderlecht. Fl-istaġun li għadda hi lagħbet ma’ Sampdoria.
//= $special ?>

