Fir-reġjun ta’ Kursk fir-Russja ġie ddikjarata stat ta’ emerġenza, wara li suldati Ukreni daħlu jattakkaw dan ir-reġjun.
Alexei Smirnov, l-Aġent Gvernatur Reġjonali f’Kursk, qal li din kienet mossa neċessarja biex iwaqqfu l-għadu tagħhom milli jkompli bl-attakki.
Uffiċjali Russi qed jgħidu li s’issa mietu tal-anqas ħames persuni u 31 persuna oħra spiċċaw feruti, b’sitta minnhom ikunu tfal.
Madankollu, l-Ukrajna għadha ma kkumentax uffiċjalment dwar dan ir-raid u d-dettalji ta’ dan l-attakk jibqa’ mhux magħruf.
Oleksiy Honcharenko, Membru Parlamenti Ukren kkumenta u qal li l-Armata Ukrena kisbet il-kontroll tagħha fiċ-ċentru tal-gass f’Sudzka, fir-Russja. Honcharenko kien l-ewwel uffiċjal Ukren li tkellem fuq dan l-attakk u jgħid li hu ma kellux id-dettalji ta’ din l-invażjoni, però saħaq li din turi li l-forzi Russi jistgħu jiġu megħluba.
Mill-bidu tal-invażjoni tar-Russja fl-Ukrajna fl-2022, dan l-attakk kien mossa rari mill-Ukreni.
Rapporti qed jisħqu li matul il-jum tat-Tlieta kien hemm ġlied fl-iħula ta’ Kursk, bl-awtorijiet lokali joħorġu twissija biex ir-residenti jibqgħu ġewwa u saħansitra spiċċaw tħassru avvenimenti pubbliċi.
Intant, l-awtoritajiet f’Kursk qalu li mijiet ta’ individwi qegħdin jiġu evakwati minn zoni biswit il-fruntieri.
//= $special ?>

