Sport Sport Ieħor

L-Awstraljan Tom Craig jitlob skuża wara l-arrest tiegħu f’Pariġi

Ritratt: EPA

Il-plejer tal-hockey tat-tim nazzjonali Awstraljan Tom Craig talab apoloġija wara l-arrest tiegħu f’Pariġi relatat ma’ allegatament xiri ta’ kokaina. L-uffiċju tal-prosekuzzjoni f’Pariġi qal li matul il-lejl tat-Tlieta individwu kien arrestat wara li xtara l-kokaina. Craig kien irrilaxxat mill-arrest mingħajr ma ngħata multa, fejn ingħata biss twissija. Fi starrija fuq il-media soċjali Craig qal li jixtieq jitlpb apoloġija għal dak li ġara fl-aħħar 24 siegħa, fejn għamel żball oħxon, u li se jkun qed jieħu ir-responsabilta’ kollha tal-każ.

Craig kompla jgħid li l-inċident tat-Tlieta bl-ebda mod ma jirrifletti l-valuri tal-familja tiegħu, ta’ sħabu, tal-isport assoċjat miegħu, wisq anqas tal-kontinġent Olimpiku Awstraljan. Craig li għandu 28 sena, rebaħ il-midalja tal-fidda fl-Olimpjadi ta’ Tokjo fl-2020 u lagħab aktar minn 100 darba mat-tim Awstraljan. It-timijiet nazzjonali tal-hockey tal-irġiel u tan-nisa, tal-Awstralja kienu eliminati fil-kwarti finali fl-Olimpjadi ta’ Pariġi.