Sport Sport Ieħor

Lamecha Girma jiddaħħal l-isptar wara t-tellieqa tal-isteeplechase tat-3000m

(Ritratt: EPA)

L-atleta tal-Etjopja Lamecha Girma spiċċa ddaħħal l-isptar wara li waqa’ fl-aħħar dawra fit-tellieqa tal-isteeplechase tat-3000m. It-tellieqa ntrebħet mill-Marokkin Soufiane El Bakkali fejn kienu bosta li qabel it-tellieqa kienu qed jikkumentaw fuq id-dwell bejn dawn iż-żewġ atleti.

L-organizzaturi qalu li jinsabu f’kuntatt dirett mal-Kumitat Olimpiku tal-Etjopja sabiex isegwu l-iżviluppi ta’ Girma.

El Bakkali li rebaħ il-Kampjonat tad-Dinja darbtejn irnexxielu jegħleb itemm f’ħin ta’ 8:06.05 ta’ sekondi.