Lokali

GĦADA: Abela jsejjaħ lill-Grupp Parlamentari f’Kastilja

Aktar stejjer mill-qalba tal-Labour

Laqgħa tal-Grupp Parlamentari li kellha issir għada fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista spiċċat se ssir f’Kastilja fuq ordni tal-Prim Ministru.

Din qed tkun deskritta bħala mossa tal-aħħar minuta minn Robert Abela eżatt qabel il-Konferenza Ġenerali Straordinarja.

Sorsi li tkellmu ma’ News News mill-qalba tal-Labour qalulna li l-post inbidel fl-aħħar ħinijiet. B’Robert Abela mistenni jagħmel ukoll festin għad-deputati tiegħu, biex possibbilment jipprova jikkalma l-ambjent xejn sabiħ li hemm bħalissa fost il-Membri Parlamentari.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.