Żewġ aħwa u mara ġew miżmuma mill-Pulizija wara li allegatament kienu involuti f’serq ta’ units tal-arja kundizzjonata.
Il-każ seħħ fix-Xgħajra ta’ Ħaż-Żabbar, fejn kmieni ilbieraħ filgħodu jidher li insterqu xi sistemi tal-ACs minn numru ta’ boat houses.
Il-persuni involuti ġew lokalizzati aktar tard minn nies pajżana, li jgħixu f’dawk il-boat houses. Huma ġew arrestati mill-Pulizija f’Ħal Qormi fid-9pm.
//= $special ?>

