Futbol Sport

Pepe jiritra fl-etá ta’ 41 sena

(Ritratt: EPA)

Id-difensur Portugiż Pepe, ħabbar li se jirtira mill-futbol fl-età ta’ 41 sena. Pepe kien wieħed mill-aħjar difensuri matul l-EURO 2024 u sar l-aktar plejer anzjan li lagħab fil-kompetizzjoni bl-aħħar partita tiegħu kienet kontra Franza.

L-eks difensur ta’ Porto u Real Madrid lagħab 141 darba għal pajjiżi u huma biss Cristiano Ronaldo u Joa Moutinho li lagħbu aktar partiti mal-Portugall minnu.

Pepe rebaħ l-EURO 2016 mal-Portugall u kien strumentali fir-rebħ ta’ tliet trofej taċ-Champions League u tliet darbiet l-La Liga f’għaxar snin li għamel ma’ Real Madrid fejn lagħab ukoll 334 partita.

F’messaġġ emozzjonali fuq il-midja soċjali, Pepe rringrazzja lil kull min kien involut fil-karriera tiegħu.