Lokali

Persuni jweġġgħu f’inċidenti separati tat-traffiku

Raġel u mara ttieħdu l-Isptar Mater Dei wara li weġġgħu f’żewġ inċidenti separati tat-traffiku
lbieraħ.

L-ewwel inċident seħħ għall-ħabta tat-15:00 fi Triq Sant’Antnin, Wied il-Għajn. Mill-investigazzjonijiet preliminari irriżulta li raġel ta’ 80 sena residenti Wied il-Għajn, intlaqat minn mutur Peugeot Tweet misjuq minn raġel ta’ 80 sena residenti Raħal Ġdid.

It-tieni inċident ġara għal xi d-21:00, fi Triq il-Fejġel, ir-Rabat. Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li mara ta’ 65 sena residenti r-Rabat, intlaqtet minn Toyota Ractis misjuqa minn raġel ta’ 76 residenti r-Rabat ukoll.

Tim mediku ta l-assistenza fiż-żewġ inċidenti u l-vittmi ttieħdu l-isptar b’ambulanza għall-kura
medika, fejn ġew iċċertifikati li weġġgħu gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin