Raġel ġie arrestat mill pulizija b’rabta mal-feriment li seħħ l-Erbgħa filgħodu f’San Ġiljan.
F’xi t-tmienja ta’ filgħaxija, meta li l-pulizija kienu għaddejjin bit-tfittxijiet għalih, lemħu lir-raġel, li kien jaqbel mad-deskrizzjoni li ngħatat, f’Pembroke. Huwa twaqqaf mill-ewwel u ġie arrestat.
Mill-investigazzjonijiet illi saru rriżulta li r-raġel huwa wkoll Kolumbjan.
Huwa qiegħed jinżamm fil-lock-up tal-Pulizija fil-Floriana għal aktar investigazzjonijiet.
L-istħarriġ tal-Pulizija, flimkien mal-inkjesta maġisterjali dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.
//= $special ?>

