Meta wieħed jiddeċiedi li jgħaqqad il-passjonijiet tiegħu, ikun kapaċi joħloq opri li jispikkaw bis-sbuħija tagħhom.
Dan huwa dak li għamel Frans Brincat, li għaqqad il-passjoni tiegħu tal-arti mal-fidi tiegħu sabiex ħoloq knisja mill-isbaħ fid-dar tiegħu stess.
Brincat, li minn dejjem kellu għal qalbu passatempi biex joħloq l-affarijiet b’idejh, iddeċieda li jagħmel replika tal-knisja ta’ Santa Marija fil-Gudja, li huwa r-raħal fejn jgħix.
Iżda dan ix-xogħol ma wettqux kollu waħdu, hekk kif martu Gejta ukoll għenet f’dan il-proġett, billi għamlet ix-xogħol tal-ħjata ta’ din il-knisja.
Frans Brincat qalilna kif hu ħadem ix-xogħol kollu tal-injam u l-madum kif ukoll iż-żebgħa kollha.
Hu dam madwar sena sakemm lesta l-proġett kollu.
Frans Brincat spjega x’kienet l-ispirazzjoni tiegħu sabiex għamel din il-knisja.
Din il-knija hija esebita fl-entratura tad-dar ta’ Frans u Gejta. U b’hekk, malli xi ħadd jidħol mill-entratura tad-dar tagħhom, mal-ewwel jara xena mill-isbaħ ta’ din ir-replika tal-knisja tal-Gudja.
Il-festa tal-Assunta fil-Gudja tiġi ċċelebrata fil-15 ta’ Awwissu li ġej.




