Randolph Debattista rriżenja wkoll.
Dan hekk kif permezz ta’ post fuq Facebook ħabbar li aktar kmieni tul il-jum tal-Ħamis informa lill-Mexxej tal-Labour Robert Abela bl-intenzjoni tiegħu biex fil-ġimgħat li ġejjin jitlaq mill-irwol ta’ Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista.
Huwa insista li se jkompli jiddedika ħinu għal tranżizzjoni deskritta minnu bħala waħda smooth u sostna li huwa jħares ‘il quddiem biex ikompli jaħdem aktar favur id-drittijiet tal-bniedem, iż-żgħir u l-vulnerabbli.
Għaldaqstant DeBattista jingħaqad ma’ lista twila ta’ persuni li wara r-riżultat tal-elezzjonijiet tat-8 ta’ Ġunju qed jabbandunaw it-tmexxija ta’ Robert Abela.
//= $special ?>