Biex taparsi jipprova jsolvi kriżi fil-Partit Laburista Robert Abela esportaha lejn il-Gvern b’detriment għall-poplu Malti u Għawdxi kollu
Il-problemi interni tal-Partit Laburista qegħdin ma’ kull jum li jgħaddi jaffettwaw dejjem aktar l-operat tal-Gvern u jaljenawh milli jikkonċentra fuq kif se jindirizza l-problemi tal-familji Maltin u Għawdxin.
Biex taparsi jsolvi kriżi li nħolqitlu fil-Partit Laburista meta Jason Micallef ħabbar li se jikkontesta għal Deputat Mexxej tal-Partit kontra x-xewqa ta’ Robert Abela, Robert Abela daħal f’patt imxajtan ieħor fejn, biex ma jikkontestax għal Deputat Mexxej tal-Partit Laburista, ħatru delegat speċjali fuq l-implimentazzjoni tal-programm elettorali u allura, effettivament, ħatru fuq il-Ministri tal-Gvern.
Biex taparsi jipprova jsolvi kriżi fil-Partit Laburista, Robert Abela esportaha lejn il-Gvern b’detriment għall-poplu Malti u Għawdxi kollu.
//= $special ?>

