Sport Sport Ieħor

Sharon van Rouwendaal tiddedika l-midalja tad-deheb tagħha lill-kelb li miet aktar kmieni din is-sena

(Ritratt: EPA)

L-Olandiża Sharon van Rouwendaal iddedikat il-midalja tad-deheb li rebħet fil-maratona tal-għawm lill-kelb tagħha li miet aktar kmieni din is-sena.

F’kummenti wara t-tellieqa van Rouwendaal qalet li d-dinja tagħha waqfet meta l-kelb tagħha Rio miet f’Mejju li għadda. Hi semmiet il-kelb tagħha wara li rebħet il-midalja tad-deheb fil-Brażil fl-2016 fl-Olimpjadi ta’ Rio.

Hi tkellmet dwar kif it-telfa tal-kelb tagħha affetwaha mentalment hekk kif ma riditx tgħum aktar għal tliet ġimgħat. Fl-Olimpjadi ta’ Tokjo, van Rouwendaal rebħet il-midalja tal-fidda wara li tilfet id-deheb b’0.9 sekondi.

F’Mejju li għadda Rio kellu bżonn operazzjoni fil-pulmun fejn kienet qed tittama li wara l-Olimpjadi kienet se tixtri dar fl-Olanda fejn kienu se jgawduwha flimkien iżda sfortunatament żviluppaw komplikazzjonijiet li wasslu biex miet.