Internazzjonali

Żewġ astronawti jispiċċaw maqbuda fl-ispazju

L-astronawti Amerikani Barry “Butch” Wilmore u Sunita Williams spiċċaw maqbuda fl-ispazju wara li dawn kienu qed jivvjaġġaw fuq vettura spazjali bl-isem ta’ Boeing Starliner.

Fil-5 ta’ Ġunju, Wilmore u Williams kienu fuq missjoni spazjali lejn l-Istazzjon Internazzjonali Spazjali, fejn din kienet mistennija ddum 8 ijiem. Madankollu, issa huwa antiċipat li ż-żewġ astronawti jaslu lura fl-2025.

L-astronawti waslu fl-istazzjon spazjali mingħajr ebda problemi, però l-problemi żviluppaw meta f’din il-vettura spazjali kienu qed jiġu rrappurtati kwistjonijiet tekniċi.

Jidher li din it-tip ta’ vettura spazjali kienet qed tiġi ittestjata għall-ewwel darba.

Sadanittant, kelliema għall-Aġenzija NASA saħqu li l-prijorità bħalissa hija li jaħdmu biex tinstab soluzzjoni ħalli Wilmore u Williams jirritornaw lura bl-aktar mod sigur possibbli – ħidma li mistennija tieħu ġimgħat.