L-ERA ħabbret li fir-Ramla l-Ħamra, Għawdex ġiet innotata fekruna tal-baħar li bejtet fuq din il-bajja biex b’hekk f’dan l-istaġun s’issa saru mat-tmien bejtiet.
Wara li ġiet iċċekjata l-microchip tal-fekruna li bejtet, l-uffiċjali li kien hemm fuq is-sit sabu li din kienet l-istess fekruna li bidet is-sitt bejta aktar kmieni din is-sena.
L-uffiċjali tal-ERA assiguraw li l-bejta tkun protetta.
Fi stqarrija ġie mfakkar li l-pubbliku m’għandux javviċina l-fekruna waqt li din tkun qed tbid hekk kif l-istorbju u d-dawl kapaċi jbeżżgħu lill-fekruna u tintilef il-bejta. Minflok, wieħed għandu jirraporta l-bejta minnufih lill-ERA fuq 2292 3500.
