Inqas minn 24 siegħa minn x’hin Randolph Debattista ħabbar li se jirreżenja mill-irwol tiegħu bħala Kap Eżekuttiv, il-Partit Laburista fi stqarrija qal li dan l-irwol ingħata lil Leonid Mckay.
Sorsi li tkellmu ma’ Net News spjegawlna li dan l-irwol kien imwiegħed lil Nigel Vella minn Robert Abela nnifsu, però ingħata lil Leonid Mckay, b’Vella jsir jaf dan permezz ta’ telefonata.
Nigel Vella kkonferma dan permezz ta’ post fuq facebook, li wara ftit minuti ġiet imħasra, fejn hu sostna wkoll li donu saret diffiċli wisq biex ikun hemm diskusjoni wiċċ imb’wiċċ.
Vella indika wkoll li din ma kinitx l-ewwel darba li hu ġie mċaħħad minn xi rwol li kien imwiegħed. Però din id-darba saħaq li xejn mhu se jibqa’ għaddej’.
F’post oħra li kiteb fuq facebook Nigel Vella, sotna li hu bniedem ‘tal-azzar u xejn u ħadd mhu se jħollni’ botta diretta lil dawk li qed jippruvaw jelliminawh mill-Partit Laburista.
Leonid Mckay li skont sorsi li tkellmu ma’ Net News, huwa viċin ħafna ta’ George Abela, ingħata ħafna rwoli importanti, qabel ma laħaq Kap Eżekuttiv tal-PL, fosthom Direttur ta’ Caritas Malta, Direttur fl-Awtorità tal-użu responsabbli tal-Cannabis kif ukoll Kap Eżekuttiv f’Jobsplus.
//= $special ?>