Il-produtturi tal-films se jkunu qed jaraw tnaqqis fil-finanzi għal kull proġett wara l-budget il-ġdid iddedikat għall-films f’pajjiżna.
Fil-fatt, proġetti individwali se jirċievu inqas fondi.
L-allokazzjoni ta’ fondi għal kull proġett naqset f’erba’ kategoriji: kitba ta’ skripts, xogħol ta’ qabel il-produzzjoni, u produzzjoni ta’ films karatteristiċi u dawk qosra.
Skont it-Times of Malta, l-produttur tal-films Oliver Mallia sostna li minħabba li l-fondi huma limitati, produttur jista’ japplika għal €300,000 biss minn fond totali ta’ €460,000 – b’hekk, film wieħed biss jista’ jirċievi l-ammont sħiħ disponibbli.
Kompla jgħid li minħabba li l-fondi limitati disponibbli, m’hemm l-ebda appoġġ għad-distribuzzjoni u ċ-ċirkolazzjoni tal-films, u li din hija daqqa ta’ ħarta reali għall-produzzjonijiet li bħalissa qegħdin fl-istadju tal-post production u li se joħorġu fix-xhur li ġejjin.
Iċ-chairperson tal-Kunsill Malti għall-Arti, Albert Marshall kien diġa’ sejjaħ sabiex il-fond tal-films jittripla għal €3 miljun, biex il-films Maltin verament jirnexxu, flimkien mal-industrija tal-films barranija.
Fl-aħħar ġimgħat kienet qamet kritika sħiħa lejn il-Kummissarju tal-Films, Johann Grech wara li sar magħuf li ntefqu mal-€500,000 f’film qasir li fih saħansitra deher l-istess Grech jirreċta. Flus li ntefqu minn but il-poplu sabiex jakkomoda lilu personali minflok lis-settur. Bil-Ministru tat-Turiżmu, Clayton Bartolo ma jieħu l-ebda azzjoni kontrih.
//= $special ?>