Il-festa ta’ San Lawrenz fil-Birgu ngħatat bidu permezz tat-tlugħ ta’ bandiera unika bi stil oriġinali fejn fuqha ġiet impittra ix-xabla tal-Granmastru La Valletta, is-Swar tal-Birgu u nofs nofs b’dominanza l-arma tal-Belt Rebbieħa. B’fattur artistiku oriġinali li jagħmel lil din il-bandiera unika huwa l-isfond li jifforma mużajk impitter u li jaqbeż l-għaxart elef biċċa.
Din il-bandiera, b’daqs ta’ madwar 12-il metru, ittellgħet fuq Dar Levita Martri – dar li hija ddedikata għal San Lawrenz, rinomata għall-armar tal-festa tal-għola livell, bl-interjur tagħha hu mżejjen bl-isbaħ dekorazzjoni reliġjuż.
Id-Direttur Artistiku u s-sid tad-dar Andrew Lawrence Zarb spjega ma’ Net News iżjed dwar din il-bandiera, bit-tema tal-Belt Rebbieħa fuq l-Asssedju l-Kbir.
Zarb kompla jispjega l-oriġinalità ta’ din il-bandiera.
Zarb spjega wkoll kif il-bandiera se tibda tittella’ fil-jum li n-novena ta’ San Lawrenz tkun iddedikata għall-Assedju l-Kbir.
Il-bandiera hija xogħol tal-artist Joseph Galea, li tifforma parti mit-tliet bnadar ewlenin tal-arblu tad-Dar Levita Martri għall-ġranet tal-festa Titulari ta’ San Lawrenz.
F’din l-okkażjoni sar it-tberik mill-Arċipriet Carmelo Busuttil.
Għal dan l-avveniment ħadet sehem il-Banda Vittoriosana San Lawrenz.
//= $special ?>