Lokali

Iweġġa’ gravi wara inċident bil-mutur f’Wied il-Għajn

Il-Ħamis għall-ħabta tal-ħamsa u nofs ta’ waranofsinhar, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Sant’Antnin, kantuniera ma Triq il-Wied, f’Wied il-Għajn.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur Yamaha misjuq minn Kroat ta’ 34 sena residenti Wied il-Għajn u Toyota Vitz misjuqa minn raġel ta’ 72 sena residenti Birżebbuġa.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.