Lokali

Iweġġa gravi wara li waqa’ żewġ sulari waqt li kien qed jaħdem f’kunvent

Tork ta’ 36 sena residenti Birżebbuġa, weġġa’ wara li waqa’ madwar żewġ sulari waqt li kien qiegħed jaħdem f’kunvent. L-inċident seħħ illum għall-ħabta tal-għaxra u kwart ta’ filgħodu, fi Triq Idmejda, Ħal Balzan.

Fuq il-post issejħu tim mediku u l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu, u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura.

Iktar tard, huwa ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xogħol għadhom għaddejjin.