“Irridu bidla fil-mod kif isiru l-affarijiet f’pajjiżna.”
Kien dan li qal wieħed mill-membri ta’ The Malta Chamber, Silvan Mifsud f’kitba ta’ opinjoni li ġiet ippublikata fil-gazzetta Malta Business Weekly.
Hu indirizza b’mod speċjali ż-żieda esseġarata fil-popolazzjoni li qed toħloq problemi f’kull settur. Fost dawn issemmew is-setturi tas-saħħa u tal-enerġija, u l-problema ta’ dranaġġ li qed ifur fl-ibħra Maltin u l-konġestjoni ta’ traffiku.
B’Mifsud jgħid li meta l-Ministri jipprovaw jgħidulna li dan ma jikkawżax problema, huma sempliċiment ikunu qed jipprova iżebilħu l-intelliġenza tal-poplu Malti u Għawdxi.
Mifsud kompla jgħid li t-tmexxija ta’ pajjiżna, f’dan il-każ il-Gvern Laburista, qed jonqos milli jieħu l-azzjonijiet neċessarji sabiex pajjiżna ma jieħux passi lura.
L-opinjoni tkompli tgħid li l-Gvern Laburista ma jistax isolvi l-problemi billi juża’ l-istess imħuħ li ħolqu dawn l-istess problemi.
//= $special ?>